|

Weather and water
related IDIOMS
This page is still under
construction
- Tela’
l-ajru.
- Ajru
mherri.
- L-ajru
fetaħ għajnu
- L-ajru
għalaq għannu
- L-ajru
ħa
- L-ajru
żamm
- Anqas
jekk tagħmillu l-ilma jiżfen.
- Ried
ħagġa bl-art u l-baħar.
- L-art
l-oħra
- Nieżla
sa l-art.
- Rifes
l-art
- Żamm
ma’ l-art.
- Għalih
jaqbeż il-baħar
-
M’hawnx baħar jaqsam
- Ħallih
jħabbat il-baħar
- Qam
il-baħar
- Mar
il-baħar
- Għamlu
baħar u anqa mhu għadira.
- Baħar
ix-xatt.
-
F’dal-baħar kont ninsab.
- Il-baħar
kien żejt.
- Ara
x’qala’ l-baħar.
- Għadda
minn baħar.
- Baħar
jibla’ l-art.
- Baħar
żejt.
- Baħar
baqta.
- U l-baħar
bnazzi.
-
Għaddej il-baħar.
- Baħar
jikser.
- Għam
il-baħar kollu u għereq fil-port.
-
F’baħar wieħed qegħdin.
- Hemm
baħar bejniethom.
- Waddab
kollox il-baħar.
- Hawn
jobrom.
- Aħjar
il-bard ta’ Jannar minnu.
- Aħjar
tbati biha milli tbati għaliha.
- Donnu
berqa.
- Ġiet
bħal berqa.
- Ġriet
bħal berqa.
- Beda
jberraq.
- Għereq
f’beżqa ilma.
- Waqa’
fil-bir tas-skieken.
- Bir
bla qiegħ.
- Bnazzi
żejt.
-
Qiegħed jilgħab il-boċċi.
-
Infetħu bwieb is-sema.
- Għandu
ċ-ċpar f’għanejh.
- Demmu
sarlu ilma.
-
Għamillu demmu ilma.
-
Dilluvju ta’ kotba (jew xi ħaġa oħra).
- Ta’
qabel id-dilluvju.
- Id-dinja
bla tarf u l-baħar bla tmiem.
- Id-dinja
ħobż u l-baħar inbid.
- Bħal
dmugħ mill-għajnejn.
- Taħ (ħa)
doċċa kiesħa.
- Dab
dwieb ilma u melħ.
- Donnu
fellus imxarrab.
-
Fetħilhom.
- Igħum
fil-flus (fil-ġid fid-deheb eċċ.).
-
Bil-flus tagħmel triq fil-baħar.
-
Imxarrab s’għadmu.
- Bard (ksieħ
eċċ.) ixoqq il-għadam.
-
It-temp (l-ajru) għalaq għajnu.
-
It-temp (l-ajru) fetaħ għajnu.
-
Għajneh kienu qishom sajjetti.
- Baqa
jgħum waħdu.
- Kemm
għamel da-lejl!
- Hemm
jagħmel.
- Hemm
jaqbel.
- Il-bejt
(id-dgħansa eċċ.) jagħmel.
-
Għammed l-inbid (il-ħalib).
- Inbid
(ħalib) mgħammed.
- Ra l-għarqa.
-
Mxarrab għasra.
-
Bil-għatx il-gawwi.
- Qata’
għatx bil-perżut.
- Mejjet
bil-għatx.
-
Għandek għatx.
- Ħadu (għamel
bih) l-għatx.
-
Bil-għatx baqa’.
- Hawn
għatx ta’ (xi ħaġa).
- Hawn
għatx għal (xi ħaġa).
- Xahar
(sena eċċ.) għawwiem.
- Għażiq
fl-ilma.
- Mela
jew sadd ħalqu bl-ilma.
- Qala’
ħasla bil-kif!
- Tah
ħasla.
- Mur
saqqi l-ħass tal-Marsa.
-
Agħlaqha dik il-ħassa.
-
Bħall-ħawt tal-ilma mbierek.
- Xita
bla ħniena.
- Ħobża
u sardina.
- Xtara
l-ħut fil-baħar.
- Ħuta
barra mill-ilma.
- Ma
middx idu għall-ilma mbierek.
- B’idu
l-waħda ixarrbedk u bl-oħra jixxuttak.
- Ħasel
idejh.
-
Xarrablu idejh.
- Sar
ilma.
- Baqa
taħt l-ilma.
- Seħaq
(jew għażaq) fl-ilma.
- Ħożż
fl-ilma.
- F’ilma
wieħed qegħdin.
- Għadha
ilma.
- L-ilma
baħar xorta.
- Qisu
qed jixrob l-ilma (jew tazza ilma).
- Kull
ilma jaqta’ l-għatx.
- F’dak
l-ilma qegħdin.
- Jinsab
taħt l-ilma.
- Kafe’
(brodu, soppa eċċ.) ilma.
- Seħaq
l-ilma fil-mehrież.
- Għamel
l-ilma.
- Halla
kollox ma’ l-ilma.
- Għamel
kuma hawn ilma.
- Donnha
kelb tal-ilma.
- Mela
sabu l-ilma?
- Jorqod
fl-ilma.
- Dardar
l-ilma li jrid jixrob minnu.
- Isqini
u staqsini.
- Dak
ixxarrab sewwa.
-
Bħall-kelb il-mismut.
- Donnu
kelb tal-ilma.
- Xorob
il-kesħa.
- Kielha.
- Ċar
daqs il-kristall.
- Mar
kontra l-kurrent.
-
Lagħaqa għasel u bittija morr.
-
Legligha.
- Bħal
leħħa ta’ berqa.
- Il-baħar
(is-sajf, ix-xitwa eċċ.) imbierek.
- Mejjet
bi-għatx (bil-ġuħ, bil-għejja eċċ.).
- Ħa l-imfietaħ.
- Namar
Alla jbażża.
- Bejn
in-nar u l-ilma.
- Min-nar
għall-ilma.
-
Donnhom in-nar u l-ilma.
- Qabeż
min-nar għall-ilma.
- Anqas
in-nida ħdejn ix-xita.
- Hemm
qabża min-nar għall-ilma.
- Il-qamar
jibla’ kollox.
- Ra l-qamar
fil-bir.
- Iħobb
il-qatra.
- Mejjet
għal qatra.
- Ma
baqagħlux qatra demm f’wiċċu.
- Niexef
qoxqox.
- Deffes
rasu.
- Fejn
ħasel rasu?
-
Għar-riħ bla xita.
- Ma
xebax jieħu ritratti.
- Ma
billx sebgħu għall-ilma mbierek.
- Ġera
daqs sajjetta.
- Bhal
sajjetta fil-bnazzi.
- Kieku
faqqgħet sajjetta ma kinitx taħsdu daqshekk.
- Wieħed
fis-sakra u l-ieħor mejjet għal qatra.
- Għamel
kulma hawn saqajn.
Weather and water
related PROVERBS
- Alla
fuq kollox u fuq kulħadd, xemx u xita jibgħat lil kulħadd.
- Alwett
bill-gziez, xita bla qies (bil-qliel).
- April
ħobżna fil-mindil (tvalja)
- April
imut mal-bard u Mejju jrid il-ward
- April
jagħmel il-fjuri u Mejju jieħu l-unuri
- Awissu
qatt ma ħamel lilu nnifsu
- Awissu
x-xemx taħarqu u x-xita tmissu
- Barmil
bla qiegħ titfa’ kemm titfa’ qatt ma timlieh
- Bejn
il-qala u l-Mieled arfa’ l-moħriet minn ħalq il-wied.
- Biex
titgħallem tgħum, ma tridx tibża’ mill-ilma (jew mill-baħar).
- Biex
tixrob l-ilma safi, mur f’ras il-għajn.
- Minn
ras il-għajn ixrob jekk trid tixba’ u taqta’ l-għatx
- Min
irid jaqta’ l-għatx imur f’ras il-għajn
-
Bil-flus tagħmel triq fil-baħar.
-
Bil-qatra l-qatra tintela l-ġarra.
- Qtajra
qtajra timla l-ġrajra.
-
Ċafċaflu papru, la sibt l-ilma.
- Dak li
jagħqad sa San Mikiel jidħol fil-miżien
- Dak li
jħobb jixrob l-ilma ma jagħilx fil-kelma
- Faħħar
il-baħar u ibqa’ fuq l-art
-
F’April id-dubbiena tagħmel żinn u l-isħaba tmur lil hinn
-
F’April jistejqer il-fqir
- F’Ħadd
il Bluħ (Karnival) ix-xita tibda tfuħ
-
F’Jannar agħlaq in-nagħaġ fil-għar
-
F’Jannar ix-xiħ jew fis-sodda jew l-isptar
-
F’Jannar stenna xita, ksieħ u nar (beraq)
- Fi
Frar kull laqxa ttalla’ n-nwar (zgħar)
-
Fil-baħar bnazzi kulħadd baħri (kaptan)
-
Fil-bnazzi aħseb għall-maltemp
-
Fil-ħawt ta’ l-ilma mbierek kulħadd ibill sebħu
-
F’Marzu, il-fart (barri) iħossu (iħoss il-bard) min qarnu.
- Meta
Marzu jaħqarna, il-baqra turina b’qarnha.
- Frar
daqqa fawwar, daqqa qattar
- Frar
fawwar, jimla l-bjar.
- Frar
fawwar, ixebba’ r-raba’ u jimla l-bjar.
- Frar
fawwar, jimla l-bjar u joħroġ il-ħaxix minn ġol-ħitan.
- Frar,
fawwar il-bjar li jkun mela Jannar.
- Frar
fawwar kull xitla (ħaxixa, għadira, laqxa) bin-nwar (żahar).
- Frar
jawwar, kull ħaxix joħroġ minn ġol-ħitan.
- Frar
igħakkes lix-xjuħ u liż-żgħar
- Frar
jiġbor lil kulhadd id-dar
-
F’Santa Luċija jibdew l-irwiegel (tnax-il jum li minnhom ibassru t-temp ta’
matul is-sena l-ġdida)
- Ġunju
ħanin ixabba’ lil-bidwi u lil-fqir
- Ġunju
Ġunjett, ineħħi l-qmis u d-dublett
- Ġunju,
Ġunjett, ineħħi l-trizzi u l-kappell.
- Ġunju
kbir, rasu ras il-ħmir
- Għal
San Mattija, il-jum jgħamel pass ta’ tarbija
-
Sant’Andrija, il-jum jiqsaru pass ta’ tarbija.
- Għal
San Mikiel lesti l-kandlier
- Għam
il-baħar kollu u għereq fir-ramla (fix-xatt)
- Għum
fejn jilħaqlek
- Il-baħar
fis-sajf xiħ u fix-xitwa ġuvni
- Il-baħar
duqu qabel ma titla’ fuqu.
- Il-baħar
sinjur.
- Il-baħar
sinjur iżjed mill-art; u jekk l-art tkun sinjura iżjed mill-baħar, il-baħar
jitla’ għaliha u jiblagħha.
- Il-baħar
sinjur aktar mill-art
- Il-baħar
tqassmu jsir għadajjar.
- Min
tagħmlu (taħsbu) baħar anqas biss issbu għadira (u tista ż-zid u min tagħmlu
għadira ssibu baħar)
- Il-baħar
żaqqu ratba u rasu iebsa
- Il-baħar
żaqqu ratba u rasu iebsa bħal stanga (ħatba)
-
Il-bard ta’ Jannar iqaxxar ġild il-ħmar
- Il-beraq
dukkar ix-xita
- Il-beraq
fil-lbiċ ix-xita jġib
- Il-ħmura
ta’ flgħaxija lesti ż-żwiemel għat-tiġrija, il-ħmura ta’ flgħodu lesti ż-żwiemel
(bhejjem) fejn joqgħodu
- Il-ħmura
ta’ fil-għaxija, ġib żwiemelek għat-tiġrija, il-ħmura ta’ fil-għodu ġib
żwiemelek minn ġor-robu.
- Ħmura
bi nhar, erfa’ sortok u mur id-dar
- Ħmura
ta’ bi nhar, iġbor ħwejġek u mur d-dar; ħmura ta’ fil-għaxija libbes
għat-tigrija.
- Il-ħmura
ta’ fil-għaxija, lesti d-debba għat-tigrija; il-ħmura ta’ fil-għodu ħalli l-bejjem
joqogħdu (jew lesti l-bejjem fejn joqogħdu)
- Ħmura
ta’ fil-għaxija lest d-dwieb għat tigrija; ħmura ta’ bi nhar, ħu ħwejġek u mur
id-dar.
- Ħmura
ta’ fil-ġhaxija lest l-bejjem għat tiġrija.
- Il-ħmura
ta’ fil-għaxija, lesti l-banju u l-lissija
-
Fil-ħmura ta fil-għodu, daħħal il-bhejjem w erġa lura.
- Il-ħmura
ta’ fil-għodu, iġbor ħwejġek (jew oħroġ il-bhejjem mir-robu).
- Il-ħmura
ta’ fil-għodu, agħlef il-baqar ħalli jorqdu, (jew id-debba biex torqod).
- Jekk
fil-għodu tkun il-ħmura, minn fuq bejtek neħħi l- ħbula.
- Il-kwiekeb
tegħmeż għandna r-riħ
- Il-lbic:
riħ jew xita żgur iġib
- Il-Milied
taż-żina (bnazzi), il-Għid fil-kċina
- Il-Milied
fil kċina, il ġid taż-żina, il-milied taż-żina (bnazzi), il Għid fil-kċina
- Is-sajf
kapott (kabozza) tal-fqir
- Meta
x-xitwa ttir, jiġi s-sajf, kapott tal-fqir.
- Is-sajf
ta’ San Marin, il-biedja tifraħ bih.
- Is-sajf
ta’ Jannar: għana tal-bidwi u tal-fqar
- Ix-xita
f’San Mark nar fl-art
- Ix-xita
mil-lvant timla l-vakant
- Ix-xita
mill-punent ma tħallix (warajha) ilment
-
Iż-żejt jitla’ f’wiċċ l-ilma.
- Is-sewwa,
għalkemm taħbiha tidher: għax titla’ bħaż- żejt f’wiċċ l-ilma
- Il-wied
għan-niżla u ż-żejt f’wiċċ l-ilma.
- Jannar
kiefer u Frar għandu d-dwiefer
- Jannar
gerriefi u Frar bid-dwiefer.
- Jekk
wara nofs in-nhar ix-xemx tkun bajdanina, aktarx tkun ġejja x-xita għal
filgħaxija
- Kull
baħar jipplaka
- Kull
ilma jaqta’ l-għatx
- La
ddardarx l-għajn li trid tixrob minnha
- Għajn
li trid tixrob minnha la ddardarhiex
- L-aħjar
ħut igħum f’qiegħ il-baħar
- L-ilma
fil-bir ma jaqtax l-għatx
- L-iswed
(sħab) ibażża u l-abjad ixabba’
- L-iswed
idejjaq u le jxabba’; l-abjad ixabba’ u le jdejjaq.
- Ma’
Ġunju, il-ġurnata titwal u s-siġra titqal
- Ma’
Ġunju l-bhejjem għatxana u l-bdiewa għarqana
- Marzu
qala’ mnieħru u qartsu
- Mejju
bla riħ il-bieja tifraħ bih
- Mejju
daqs ġuvni ħlejju
- Meta
fis-sajf iberraq it-Tramuntana jew xita qliel (jew qawwija itenna), jew kbira
sħana
- Meta
fis-sajf tara tberraq it-Tramuntana jew xita qawwija stenna, jew kbira sħana
- Meta
tberraq it-tramuntana jkun ġej il-maltemp.
- Meta
fl-art jidħol il-gawwi, stenna riħ qawwi.
- Meta
l-gawwi jkun jogħla flimkien ikun ġej ir-riħ.
- Meta
jberraq il-Punent aħsiblu biex tkun lest.
- Meta
jberraq il-Punent, ikun ilesti għall-maltemp
- Il-beraq
fil-Punent iġib warajh il-maltemp.
- Meta
jiġu l-pluvieri, jiġi l-maltemp
- Meta
l-baħar juri qiegħu, l-ajru (il-maltemp) jagħmel tiegħu (jerfa’ driegħu).
- Meta
l-bir ikun miksur l-ilma fih jintilef u jmur.
- Meta
l-għansal jagħmel il-ward f’Awissu, ix-xita tkun bikrija
- Meta
l-Milied taħt il-bejt, il-Għid fuq il-bejt
- Meta
l-Milied taħt il-bejt, il-Għid fuq il-bejt; meta l-Milied fuq il-bejt, il-Għid
taħt il-bejt
- Il-Milied
taħt il ħajt, il-Għid fuq il-bajt.
- Il-
Milied taħt ħwejta, u l-Għid fuq bwejta.
- Meta
tara l-beraq, lesti (jew illesti) l-girna (dura tonda u msaqqfa qalb ir-raba)
fejn tintebaq.
- Meta
titla’ l-berwieqa, l-annata tkun sabiħa
- Meta
x-xemx tinżel fl-ixkora (sħab; jew tas-sħab) turi l-maltemp
- Meta
x-xita tagħmel bikri u tibqa’ sa limwaħħar, il-bidwi jkollu x’jitma’ u jaħsad
sa l-aħħar
- Meta
x-xott jixxarrab, malajr jinxef
- (Il-)
Mewt u xita Alla jaf mita.
- Min hu
mejjet għal qatra u min hu mejjer fis-sakra
- Min
ikollu għalqa mal-baħar irid oħra r-raħal
- Min
jaħsel ras il-ħmar jaħli (jew jitlef) l-ilma (jew ir-ragħwa jew lissija) u s-sapun
- Min
jiftaħar jaqa’ l-baħar
- Min
jixtri l-ħut fil-baħar jieklu jinten.
- Min
jixtri l-ħut fil-baħar jibqa’ bir-riħa.
-
Tixtriex il-ħut fil-baħar.
- Min
tagħmlu baħar ikun għadira.
- Nhar
San Mark ix-xita nar fl-art
- Wara
San Mark, min jitlob ix-xita jkun jitieq in-nar fl-art.
- Nhar
Santa Luċija l-jum jitwal (jagħamel) pass ta’ tarbija
- Santa
Luċija ttina d-dal u dija.
- Qabel
il-ħġejjeġ, la tbiddilx ħwejjeġ
- Qabel
nhar il-ħġejjeg, la jitbiddlu l-ħwejjeġ.
- Mal-ħġejjeġ
jinbidlu l-ħwejjeġ.
- Min
ommu tħobbu, qabel il-ħgejjeġ ma tbdillux il-ħwejjeġ.
- Qabel
jiġi San Ġwann tneħħix is-suf minn fuqek.
- Qabel
il-Milied, la bard u lanqas ksieħ
- Sal-Milied,
la bard (bruda) u lanqas ġwieħ (ksieħ).
- Sal-Milied,
la bard u lanqas ksieħ, la għera u anqas ġwieħ.
- Qamar
rieqed baħar imqajjem
- Qamar
wieqaf, baħar bnazzi.
- Qamar
rieqed, baħrin imqajma; qamar imqajjem, baħrin rieqda.
- Il-qamar
rieqed u l-kaptan imqajjem.
- Meta
l-qamar ikun wieqaf, il-kaptan ikun rieqed; meta l-qamar ikun rieqed il-kaptan
ikun imqajjem.
- Qamar
wieqaf, baħrin rieqda.
- Qamar
rieqed baħar imqajjem; qamar wieqaf baħar bnazzi
- Qamar
Settembru jiġbed sebgħa warajħ
- Raff
ta’ sħab, ragħad u beraq stenna
- Riħ
isfel biċ-ċpar stenna majjistral
- Sa
għonqu fl-ilma u jrid jidden
- Sajf
imniddi (bin-nida): ħarġa mimlija
- Sal-Qaddisin
kollha, ir-riħ fuq jiġi bil-bolla
- Sema
naqxet il-fekruna (manwas il-fekruna) jew xita qliel jew riħ fortuna.
- Meta
s-sħab ikun qoxra ta’ fekruna aktarx ikun ir-riħ (jew aktarx jispiċċa foruna)
- Meta
s-sħab ikun qizra ta’ fekruna, xita bil-qliel (jew bil-boqoq)
- Sħab
mil-lbiċ ilma (jew xita) żgur (aktarx) iġib
- Sodd
ħalqek bl-ilma u titkellem xejn
-
Tersaqx fejn hemm l-ilma mdardar
- Tgħidx
min dal l-ilma ma nixrobx.
- Tgħid
(jew Tgħid qatt) minn dan l-ilma ma nixrobx; anqas minn din it-trieq ma
ngħaddix.
-
Titlobx xita f’Jannar (għax jagħmillek is-silg).
- La
ssejjaħx (titlobx, tgħajjatx) xita f’Jannar.
-
Titlobx xita f’Jannar għax l-ilma jinżel għall-bjar.
- Wara
l-berqa jiġi l-meraq
- Meta
jberraq, imerraq.
- Jekk
ma jberraqx ma jmeraqqx.
- Mnjen
iberraq, imerraq.
- Wara
l-berqa stenna r-ragħda
- Wara
l-maltemp, jiġi l-bnazzi
- Xemx
bajda tiġbed ix-xita
- Xemx
miblula taħraq
- Xemx
ta’ Settembru tiftah il-bibien tar-rixtellu
- Xita
fi ħruġ Marzu dħul April karru deheb fin
- Xita
fi dħul April karru deheb u iehor ħarir
- Xita
f’Settembru meraq tajjeb f’Novembru
- Illma
qiegħed la tqanalux għax jinten
- Mejju
mirjieħ bid-dejn stennieh
- Alla
fuq kollox u fuq kulħadd: xemx u xita jibgħat lil kulħadd
- Ix-xitan
jibża mill-ilma mbierek
- Imut
il-għani, imut il-fqir; it-tnejn jitmellħu għal ġewwa l-bir.
- Ix-xemx
titla’ u x-xita’ tinżel għal kulħadd.
- Xemx u
xita jibgħat lil kulħadd.
- Ilma
qiegħed la tqanglux għax jinten.
- La
tanqalx ħama (jew ħara).
- Il
kelb il-mismut kull ilma jdannah (jaħsbu misħun).
- L-ilma
jgħalli il-ħatab, u l-ħatab igħalli l-ilma
- Meta
jinxfu l-għejun, jinxfu
- Fix-xita,
il-bieb miftuħ dejjem tidħol ir-raxxa.
- Min ma
jridx jibtell ma joħroġx fix-xita.
- Il-qaħba
ruħha dejjem imsaħħba
- Sieqja
tajba iżda bir miksur
-
Ir-raġel ġiebja u l-mara sieqja (gandott għat-tisqija).
-
Iż-żwieġ lagħqa (jew mgħarfa) għasel, bittija mrar (morr)
-
Iż-żwieġ fih l-ħelu u fih il-morr.
-
Iż-żwieġ qatra ħelu u ġarra morr.
- Fid-dinja
pinta ħelu u bittija morr.
- Ħanżir
dak li jistaħam f’kull għadira
- Ix-xorb
qares fil-bidu u darrej maż-żmien.
- L-ewwel
pinta (jew terz) qarsa (qares).
- L-ewwel
ratal tqil.
- L-ewwel
terz għali.
- Id li
qiegħda fl-ilma ma tagħderx id li qiegħda fin-nar
- L-ilma
jsaqqi (irabbi) l-ħatab (is-siġar) u l-ħatab igħalli l-ilma.
-
Jitkabbar, anqas li kien fil-Għajn il-Kbira.
-
Toqgħodx tagħażaq fl-ilma.
- Ix-xita
fil-baħar tinżel.
- Il-wied
dejjem sejjer għan-niżla.
- Il-wied
għan-niżla jinżel.
- Ġej
bħaż-żejt f’wiċċ l-ilma.
-
B’daqshekk il-bastiment mhux se jagħmel ilma (jew jegħreq)
- Is-sajf
għall-fqir aħjar mix-xitwa.
- Raj
il-fqir baqa’ fil-baħar
- Ix-xemx
liżar tal-fqar
- Ħażin
meta s-sieqja tajba u l-bir miksur.
- Jekk
ma taqsams il-bħajjar ma tkunx tista’ tnajjar.
- Daqqa
fuq iċ-ċirku u oħra fuq il-bittija.
- Kisra
tal-art ħelwa u tal-baħar morra.
- Rmejt
il-ħadit fil-bir, tela’ maż-żir.
- Kelma
żejda bi dmir, qartalla ġol-bir.
- Tnejn
kien u jkun; tlieta fil-baħar igħum.
- Waqt (jew
Mal-) il-berqa, aqbeż għall-qargħa.
- Waqt
il-berqa daħħal, waqt ir-ragħda dawwar.
- Ta’ l-ilma,
fl-ilma jmur.
- Tgħum
il-baħar kollu u tegħreq f’xiber ilma.
- Xemx
li ma ssaħħanx, aħjar il-bard ta’ Jannar minnha.
-
Tegħreqx f’xiber ilma
- Għamel
(jew Imxi) sewwa u ħalli l-baħar iħabbat.
- Min
ikum mimli biċ-ċomb ma jintefax il-baħar.
- Il-baħar
ftit ftit jiekol ix-xatt.
- Bil
qtajra l-qtajra timtela l-ġrajra.
- Inbid
fl-ilma jitlef kilma; inbid pur jtlef l-unur; titfgħa f’żaqqek, jitla’ f’rasek;
tratti tagħmel ta’ miġnun.
- Min
jixrob l-ilma ma jagħlix (jew jigħabx; jew jinqabadx) fil-kelma.
- Il-baħar
jikxef kollox (jew l-mard)
-
Sant’Antnin jtella’ l-qannata min ġol-bir.
- Alla
jħarsek minn lull għajn (u jitfgħek fil-ġiebja ta’ Bela’ Ħobbu.)
-
Agħtini xortija w itfagħani (ixħetni) l-baħar.
- Jekk
xortih ittih, jista’ jintefa’ fil-qiegħ.
- Id-dinja
ħobż u l-baħar inbid.
- Nhar
ta’ ħamis meta x-xemx tinżel ġo xkora, stenna l-maltemp.
-
Bix-xita u x-xemx, il-muna bil-ġiri ma tintemmx.
- Ix-xemx
għandha l-għalqa taħdimha.
- Ix-xemx
(in-nhar jew ġurnata) tidher minn filgħodu (jew minn filgħodu turik).
- Xemx u
xita, Alla jaf meta.
- Meta
l-qamar ikun immejjel, juri li jkun ġej il-maltemp.
- Meta
l-qamar ikollu l-għalqa, lesti biex tisma’ xi għarqa.
- Meta
l-qamar irabbi l-qiegħa, tita’ tgħid li hu riħ isfel.
- Qamar
bil-qiegħa, riħ Lbiċ.
- Il-qamar
jiekol (jibla’) kollox
- Meta
jidher il-kawkaw, riħ nofsinhar.
- Meta
jidhru l-kwiekeb kbar, ix-xita tkun qrib.
- Meta
l-kwiekeb ilebilbu, stenna riħ qawwi.
- L-kwiekeb
tegħmeż, għandna r-riħ.
- Meta
l-baħar iħerraq, ir-riħ isfel jitfaċċa.
- Riħ
il-lbiċ, jieħu w ma jġib.
- Riħ
il-Lbiċ jiddi, ma jġibx.
- Il-Lvant
jimla l- vagant.
- Meta
tisma’ jgħajjar il-munxar tista’ tgħid li se jdur ir-riħ.
- Meta
jiftaħ il-Punent ikun għadda l-maltemp.
- Il-Punent
italla’ u jniżżel kull mument.
- Il-Punent
jiksrilna għajna kull mument.
- Il-Punent
iwiegħed u jagħti.
- Riħ
fuq, itajjar l-għakur.
- Mill-ksieħ
u r-riħ jiġu l-għejjel; mix-xemx u x-xita jsiru l-għellejjel.
- Riħ
isfel biċ-ċpar, stenna Majjistral.
- Riħ
isfel, meta tniggeż il- ħmar kemm jisfen!
- Rfigħ
ir-riħ kaċċa fil-qiegħ.
- Ir-riħ
mhux tjieb.
- Xarba
tar-riħ, il-wiċċ jiġi f’sensieh.
- Sħab
mill-lbiċ ilma żgur iġib.
- Raff
bir-rjus, ragħad u beraq ikollna (stenna).
- Il-berqa
mhux ħobż.
- Ma’ l-ewwel
berqa, in-nannu jofqos il-miżwed u n-nanna tlesti l-miserka.
- Berqa
waħda f’Jannar, stenna maltemp kbir warajha.
- Wara
r-ragħad, tiġi x-xita.
- Xita
bnina deheb fina: ajru mwaħħal, miskin min ibaħħar.
- Meta
x-xita tagħmel bikri, u tibqa’ sal-imwaħħar, ikollu x’jitma’ l-bidwi u
x’jaħżen sal-aħħar.
- Ix-xita
l-bikrija tnebbet il-ġarġir.
- Meta
tibtell l-għetejba, tibda teħla l-bwejba.
- Ix-xita
bil-boqoq, xita dewwiema.
- Meta
Alla jtina l-bqija tax-xita (jew ix-xita tal-kumpliment) l-ilbies tas-sbul
jitwal ’il-fuq mil-komma.
- Meta
s-sema tkun kilwiema, tkun senet il-ħmar.
- Jekk
ma jagħmilx ilma nixorbu l-ilma; jekk jagħmel l-ilma nixorbu nbid.
- In-namar
t’Alla jbażża.
- In-nar
u l-ilma jbażża’.
- Meta
tidher il-qawsalla waqt il-maltemp ta’ filgħodu turi xita; ta’ filgħaxija
bnazzi.
- Meta
tqattar ix-xita, is-sajda tkun f’waqqitha.
- Sena
tax-xita, sena tal-maltemp.
-
Infetaħ il-vit, issa għalf u ġid.
- Meta
jsaffru l-iġfien, ikunu fgaw il-widien.
-
Tal-wied, tal-wied
- Ix-xita
ħdiet; kull tajra mxiet.
- L-ewwel
xita tkun għar-raba’ u għall-bjar; jekk tissokta, bil-ġid timla r-rziezet u d-djar.
- Xita
mil-Lvant timla l-vagant.
- Il-qamar
idamdam, / il-kewba qoffa, / Ix-xemx dennija / u dix-xita mnejn hi ġejja?
- Ix-xita
u x-xemx, qed jitgħammed Lhudi (jew twieled Tork).
- Xuxa
mxewxa titlob ix-xita.
- Baħar
fieragħ għal Riħ isfel, / Baħar mimli għal Riħ Fuq; / B’riħa ta’ dolliegħ /
il-baħar maltemp stenna minnufih.
- Meta
jkun hemm it-triqat fil-baħar ikun ġej il-maltemp.
- Il-baħar
bil-għorrief mimli.
- Jekk
ma tatix l-art, lanqas ma jagħti l-baħar.
- Meta
l-baħar (il-blat) jibjad il-mellieħa, jew jitla’ l-baħar għaliha jew tiġi x-xita.
- Skond
l-annata timtela l-qannata.
- In-nwar
tal-bajtar jimla l-qolla bl-aħjar għasel.
- L-ilma
tal-ħabel imur mal-ħabel.
- Fejn
hemm il-ħdura ssib l-ilma.
- Meta
tkun sena milwiema, il-ħallel ta’ ħuxlief ikunu kbar u tal-qamħ ikunu xagħar
żgħar.
-
Ir-raba’ rqiq jixba’ mill-ilma u jinxef bid-dawl tal-qamar.
-
Ir-raba’ xagħri tinfaqa’ bin-nida u tinxef bid-dawl tal-qamar.
-
Ir-raba’ ta’ l-ixtut bħal leħja ta’ l-utut.
- Ix-xagħri
wix-xtut leħjet l-utut.
- Meta
xxebba’ fl-ilma it-taflija kull sbula tagħmel mija.
- It-tomnija
ta’ disat ijiem aħjar mill-oħra bix-xita fit-tmiem.
- Fit-tromb
jikber l-ixkomp.
- Bajda
bit-tebgħa ħamra tkun għaddiet mill-wied tan-namra.
- Meta
l-gru jgħaddi fil-għoli jkun ġej il-maltemp.
- Il-ħmar
jinġabar meta ġej it-temp.
- Meta
tara l-ħuttaf, tkun ġejja x-xita.
- Meta
l-kelb jitmiegħek u l-ħmar jimraħ, jew ir-rwiefen ittenna, jew bix-xita
għandek tifraħ.
- Meta
jitkagħbru l-klieb ikun ġej il-maltemp
- Alla
tal-baħar u Alla tal-imrieħel.
- Il-malvizz
izekzek (bil-lejl) riħ nofsinhar.
- Meta
joħroġ in-nemel tal- ġwienaħ tkun ġejja x-xita.
- Meta
joħroġ in-nemel bil-ġwienaħ, xita u maltemp stenna.
- Nemus
fuq il-qamħ sinjal li qed jisħon.
-
Moghdija tal-għasafar kbar, sinjal tal-maltemp.
- L-għarienaq
il-maltemp iqanqlihom il-ġwienaħ
- Meta
qattus ikun jitmiegħek, mur għall kabozza għax tkun ġejja xita kbira u ħudha
miegħek.
- Meta
qattus tara f’xi gallarija, għid li ħierġa x-xemx.
- Ġej
il-maltemp jew mill-poppa jew mill-pruwa meta jisgħol (jagħtas) il-qattus.
- Ikun
se jdur ir-riħ, meta jiddnu s-sriedaq.
- Is-snin
bħal-aħwa, ma jixxibhux.
- Kif
tibda l-ħdura, in-nies tibda ssebbah il-bħura.
- Sajf
imniddi, ħarġa mimlija.
- Ix-xemx
bdiet kiefra, u l-gavott ma jdoqqx iżjed fifra.
- Kif
jibda jaqa’ l-weraq, jisreġ il-beraq.
- Meta
jibda jaqa’ l-weraq nistennew ir-ragħad u l-beraq.
- Meta
tibda taqa’ l-werqa, ix-xemx taraha bix-serqa.
- Bnazzi
tax-xitwa, trott ta’ bagħla xiħa u kappell ta’ miġnun, qatt iżżomm magħhom.
- Fi
Frar idoqqu l-ġlieġel (Karnival). Imbagħad igħannu l-bliebel (Marzu). Warajhom
igħaddu l-gliegel (tax-xita – April). Fl-aħħar ngħattu l-bejtiet mir-rwiefen (f’Mejju).
F’Settembru nimlew il-platt b’dawk li jiġu mintufa (bis-summien). Imħabba l-lejl
il-ħajja tiġi maħtufa (f’Ottubru l-ġurnata tiqsar). Nibku u nerġgħu nibku il
dawk li kienu magħrufa (f’Novembru, xahar il-mejtin). Imbagħad tibda ddawwar
xi sufa (f’Diċembru toqgħod tlembeb is-suf u t-tajjar).
- Jannar
bardan meta jsib l-art liebsa jneżżagħha u meta ma jsibhiex liebsa jlibbisha.
- Jannar,
jekk isib il-gżira (l-art) liebsa jneżżagħha, jekk isibha mneżżgħa jlibbisha.
- Jannar
jekk isib l-art magħrwna illibisha, u jekk jsibha liebsa jneżżagħha.
- Meta
Jannar tarah lewwiemi (lewliemi), ma tarax il-bidwi tant hieni
- Jannar
xott, il-bidwi għani.
- Jannar
daħħal lilek u lil għajrek ġewwa d-dar.
- Jannar
igezzizna ġewwa d-dar.
- Jannar
idaħħlek fil-għar.
- Jannar
idaħħal ġol-għar.
- Qożżot,
qożżot għalik Jannar, jien u n-nagħġiet tiegħi ġewwa l-għar.
- Jannar
għandu minn kollox
- Nhar
San Pawl it-temp ibiddel (iqalleb) seba’ darbiet.
- Meta
tkun ix-xita f’Jannar, għandek il-qoton id-dar.
- Ix-xita
ta’ Jannar tajba biex taħdem ħadma r-raba’ tal-qoton.
-
Għax-xita ta’ Jannar fil-bikri, lesti l-bjar.
- Ix-xita
f’Jannar troxx il-bżar.
- Qabel
Jannar, la xita u lanqas bard.
- Frar
fawwar, tal-bidwi għana fid-dar.
- Meta
Frar ikun fawwar, f’daqqa l-biedja tmur fl-ibjar.
- Frar
fawwar, jekk ma toħroġx ix-xemx fil-għodu toħroġ wara nofs inhar.
- Frar
kull ħaxixa bl-inwar, jekk ma toħroġx ix-xemx filgħodu toħroġ wara nofs in-nhar.
- Frar
fawwar, itella’ l-fwar.
- Fix-xahar
ta’ Frar iżra’, saqqi u baqqi l-ħabaq għazzi.
- Meta
jiġi ħadd il-bluh, ix-xita tibda tfuħ.
- Il-karnival,
it-tlett ijiem tal-bluh u x-xita tibda tfuħ.
- Jekk
l-ors ibill siequ fil-Gandlora, stenna xita qawwija wara.
- Ras
ir-randan, ras il-maltemp.
- Fi
Frar ix-xita bil-lejl u xogħol (taħdem) bi nhar.
- Marzu
Marzellu, (Marzurellu), bil-babozza u bil-kappell.
-
F’Marzu, il-bard irqiq jidħol fil-għadam
-
F’Marzu x-xita tibda tfuħ.
- Xita
ħruġ Marzu u dħul April, karru deheb, ieħor ħarir, (karru deheb u ġawhar fin).
- Ix-xita
fi ħruġ Marzu, dħul Arpil, aħjar minn mitt karlu deheb fin.
-
Mingħajr bella, ma tinbena ħalla.
- Bla
bella ma tiħux qatta.
-
Bil-kumplament tajjeb t’April, l-uċuh kollha taqbeż u ttir.
- Qatra
xita f’April tiswa daqs karru deheb fin.
-
Bix-xita f’Marzu u April tinġabar l-annata.
- Ix-xita
ta’ San Ġorġ megħuda.
-
Iż-żunżana għamlet żinn u x-xitwa sejra ’l hinn.
- In-naħla
tagħmel żinn, ul-maltemp imur lilhinn.
- Tiġi
d-dubbiena tagħmel żinn, u s-sħaba tmur lilhinn.
-
Iż-żunżana tagħmel żinn u x-xita tibda tfuħ mil-lum ’l hinn.
-
Iż-żunżana tagħmel żinn u min mar ’l hawn u min mar ’l hinn.
- Il-baħar
ta’ Mejju jgħarrqek u jħallik.
- Mejju
mirjieħ u l-baħar jistennieh.
- Xita
f’Mejju, xita tal-qigħan.
- Mitt
Mejju, ma jgħaddix wieħed li ma jagħmilx xita.
- Ix-xita
ta’ fuq il-qigħan, toħroġ ilma mit-tigħam.
- Ix-xita
tal-qigħan megħuda.
- Ix-xita
għal Sant’Anna bikrija
-
F’Awissu, l-baħar tisma’ ħissu.
- Awissu,
Settembru, l-baħar juri l-bluha tiegħu.
-
F’Awissu, l-ilma jibda jmissu.
- San
Bartilmew (u wkoll Sans Bert għall-qasir) għandu il-muftieħ tax-xita.
-
F’tal-Vitorja, il-baħar jitla’ fl-għolja.
-
Tal-bigilla ma qal xejn, u r-rebħ tagħna għadu ġej.
- In-nejja
reġgħet ġiet, u l-fawwara għoddha mtliet.
- Jekk
tagħmel ix-xita nhar tar-Rużarju fil-għodu, tkun bikrija; jekk tagħmel minn
nofs inhar ’il quddiem, tkun imwaħħra.
- San
Martin ikisser it-tin, u Katarin tisqih mill-fin.
- Mil-Kunċizzjoni
sal-Milied, erfa’ l-moħriiet minn ħalq il-wied u qiegħed l-ixkubetta fuq l-
utied.
- Fil-
Milied itfa’ l-ixkubetta fuq l-utied u l-moħriet eħħi mill wied.
- Bejn
tal-Qala u l-Milied, arfa’ l-moħriet minn ħalq il-wied, ixħet xkubettitek fuq
l-utied.
- Il-qastanija
tajba, u x-xemx dejjem mgħajba.
- Jekk
jaqa’ n-nida lejlet Santa Luċija, l-qoton jitrabba bla tbatija.
- Nhar
il-gandlora joħroġ l-ors; jekk isib l-art imxarrba jew riġlejh jibqgħu niexfa,
igħid: ix-xitwa ġejja; jekk isibha niexfa jgħid: ix-xitwa għaddiet.
-
Għall-Gandlora, stilli fora; / Iż-żunżana tagħmel żinn/ U t-temp imur ’il hinn.
- Tiġi
d-dubbiena tagħmel żinn u s sħana tmur lil hinn.
- Il-Gandlora
stilla vora, l-ajru jtalla’ u jerġa’ jċora
- Meta
tiġi l- Gandlora, it-temp jitlaq u jvora.
- Mejju
kull ma fih jirwina l-btieħ.
- Mejju
l-ibleh (l-imħejjem) t’ommu.
- Qamar
Settembru jiġbed sebgħa warah.
- Jekk
il-qamar ta’ Settembru jimla bix-Xlokk, jagħmel ix-Xlokk seba’ xhur tas-sena.
Source: Aquilina, J: A comparative
dictionary of Maltese proverbs, University of Malta, 1986
Back to top
 |